Malta minn ta’ quddiem fl-attivitajiet tal-Europride 2019 grazzi għal-impenn tal-Ambaxxata ta’ Malta fi Vjenna

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Lul 02, 2019
 

Malta kienet fost il-pajjiżi ewlenin li ħadu sehem f’diversi attivitajiet tal-Europride, organizzati fi Vjenna bejn l-1 u s-16 ta’ Ġunju 2019, li għalihom attendew madwar 500,000 persuna.

Grazzi għall-kuntatti li l-Ambaxxata irnexxielha tibni mal-entitajiet responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet, id-delegazzjoni ta’ Malta ingħatat livell ta’ viżibbilità għoli f’waqtiet differenti tal-parata.

Attivitajiet oħra fejn Malta kellha sehem dirett jinkludu: id-diskussjoni kkordinata bejn il-Ministeru Għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza u l-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem dwar l-ostakli li jsibu quddiemhom il-komunità ta’ persuni Transsesswali u Intersess; esebizzjoni promozzjonali tal- Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fil-‘Pride Village’; il-‘Pride March’, fejn id-delegazzjoni Maltija kellha riservat għaliha post prominenti; u il-‘Pride Run’, fejn Malta kellha għaxar postijiet riservati.  

Apparti dawn l-attivitajiet, peress li l-logos tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, il-Ministeru Għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, u l-MTA kienu inklużi fuq il-kommunikazzjoni uffiċjali, l-internet u l-midja soċjali tal-Europride bħala uħud mill-kontributuri u parteċipanti ewlenin, il-viżibbilta’ ta’ Malta kompliet tingħata post prominenti matul l-attivitajiet kollha tal-Europride. Il-logo tal-MTA kien ukoll inkluz fuq it-T-shirt milbus minn dawk kollha li hadu sehem fil-ġirja.

Il-Ġimgħa filgħaxija Membri tal-Ambaxxata flimkien ma’ membri tal-uffiċju tal-MTA fi Vjenna, ġrew il-‘Pride Run’ bħala it-tim ta’ Malta. Is-Sibt, l-Ambaxxatriċi Natasha Meli Daudey u Sra. Alberta Borg, flimkien ma’ rappreżentanti tal-MTA ħadu sehem fil-‘Pride March’.   Għalkemm l-Ambaxxata kellha post riservat, l-Ambaxxata imxiet ukoll waqtiet tal-‘Pride March’ mal-Kummissarju Ewropew kif ukoll mal-grupp internazzjonali ta’ diplomatiċi imsejjaħ, ‘Diplomatiċi għall-Ugwaljanza’.

Malta kienet l-unika pajjiż preżenti fil-‘Pride Village’, fejn tellgħet esebizzjoni promozzjonali. L-esebizzjoni ġibdet l-attenzjoni ta’ eluf ta’ parteċipanti grazzi għal-kamra tar-ritratti interattiva u attivitajiet oħra għal kulmin attenda, kif ukoll informazzjoni dwar id-drittijiet mogħtija f’Malta lill-komunità LGBTIQ.   ​


IMG_42521_copz.jpg 


IMG_42731_copz.jpg


IMG_42891_copz.jpg

 
IMG_47651_copz.jpg 


IMG_49681_copz.jpg 


IMG_50481_copz.jpg 
 

IMG_52261_copy.jpg