Ir-Rappreżentanta Permanenti tà Malta
għall-Aġenzija Internazzjonali dwar l-Enerġija Atomika indirizzat is-63
Konferenza Ġenerali Annwali tal-Aġenzija nhar it-18 tà Settembru 2019.
Fid-diskors tagħha l-Ambaxxatriċi
Natasha Meli Daudey saħqet li s-sigurta nuklejari għandha tibqa il-mira
prinċipali tax-xogħol siewi tal- Aġenzija, u appellat sabiex l- Aġenzija
tassigura li l-istess standards għolja jiġu osservati u implimentati ukoll
fil-qasam tat-trasport maritimmu sabiex minn naħa ikunu jistgħu jiġu evitati
inċidenti fil-baħar u min-naha l-oħra wieħed ikun lest jirrispondi għal xi
incidenti li jistgħu iseħħu.
Matul is-snin Malta ibbenefikat
mill-kooperazzjoni teknika mal-Agenzija.
Grazzi għal din il-kooperazzjoni, u ko-finanzjament tal-Gvern Malti,
Malta irnexxielha tikseb makkinarju ġdid għat-trattament tal-kanċer għaċ-ċentru
tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo, kif ukoll makkinarju għall-Heritage Malta
għar-restawr tal-Wirt Nazzjonali.
Grazzi għall-Progett Qafas li gie
iffirmat fl-2018, fis-snin li gejjin Malta se tkompli tgawdi minn din
l-għajnuna siewja fl-oqsma tat-trattament tal-kanċer, l-ilma u l-ambjent, u
is-sigurta mir-raġġi.
Malta tenniet ukoll l-appoġġ sħiħ
tagħha għat-Trattat kontra l-Proliferazzjoni u sejħet għall-universalizazzjoni
tiegħu. Id-diskors saħaq ukoll dwar
l-appoġġ sħiħ tà Malta għall-krejazzjoni taż-żona mingħajr Armi tà Distruzzjoni
massiva fil-Lvant Nofsani u appellat lis-Sirja sabiex tikkoopera mal-Aġenzija u
timplimenta il-Protokoll Adizzjonali.
Malta esprimiet l- appoġġ tagħha
għall-Qbil Internazzjonali dwar in-nuklejari mal-Iran, meqjus minn ħafna bħala
kisba multilaterali importanti u appellat liż-żewg naħat sabiex ikomplu jħarsu
ir-responsabbilitajiet tagħhom u biex ma jżiedux it-tensjonijiet.
Malta esprimiet l-appoġġ tagħha
għall-isforzi diplomatici li għandhom l-għan li jikkalmaw it-tensjonijiet
fil-peninsula Korejana u appellat lill-Korea ta Fuq sabiex terga tibda tħares
it-Trattat kontra il-Proliferazzjoni, l-obbligi tagħha mal-Aġenzija u
ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurta.
Il-Konferenza Ġenerali u l-Forum
Xjentifiku inzammu bejn is-16 u l-20 tà Settembru fil-Kwartieri Generali
tal-IAEA fi Vjenna.
