Studenti minn skola sekondarja fl-Awstrija izuru l-Ambaxxata ta` Malta ġewwa Vjenna

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Diċ 26, 2019
 

Fit-18 ta’ Diċembru, 21 student mill-iskola Sekondarja Ġdida Franġiskana li tinsab Ried im Innkreis, fl-Awstrija ta’ Fuq, żaru l-ambaxxata ta’ Malta fi Vjenna sabiex isiru jafu iktar fuq Malta, l-istorja u l- kultura tagħha u fuq ix-xogħol tal-ambaxxata. Is- sena id-dieħla erbagħtax minn dawn l-istess studenti ser jivvjaġġaw lejn Malta biex jattendu kors ta l-Ingliż.

Il-grupp ġie milqugħ mill-Ambaxxatriċi E.T. Natasha Meli Daudey li spjegatilhom l-importanza ta’ Vjenna bħala sit ta’ għaqdiet internazzjonali kif ukoll reġjonali, u kif taħdem l-ambaxxata tagħna ma dawn l-għaqdiet biex tiżgura benefiċċji nazzjonali u internazzjonali. L-Ambaxxatriċi fissret ukoll in-natura tax-xogħol bilaterali li l-Ambaxxata twettaq biex issaħħah ir-rabtiet ta’ Malta mal-Awstrija.

Il-Kunsulliera Alberta Borg spjegat lill-grupp kemm huwa importanti x-xogħol konsulari mal-Maltin li jgħixu barra jew li jżuru bħala turisti, speċjalment meta tinqala` xi emergenza jew xi diżastru naturali.

Is-sur Joseph Debono għamel preżentazzjoni interattiva fuq kif Malta tahdem biex tkun pont bejn l-Ewropa u l-Afrika u għarraf fil-qosor dwar l- attivita` kummerċjali f’Malta. L-istudenti tgħallmu wkoll fuq l-istorja għanja tal-gżejjer Maltin sabiex ikunu f’qagħda aħjar li jifhmu x’qed isostni t-tkabbir ekonomiku kif ukoll ir-relevanza ta’ pajjiz bhal Malta, li għalkemm gżira żghira għamlet suċċess bħala stat indipendenti. 


studen1.jpg


studen2.jpg


studen4.jpg