Ambassador of Malta to Austria pays a courtesy call on the Director General of the International Centre for Migration Policy Development (ICMPD)

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Set 16, 2019
 

l-Ambaxxatriċi ta’ Malta għall-Awstrija f’Laqgħa tà kortesija mad-Direttur Ġenerali taċ-Ċentru Internazzjonali għall-Iżvilupp tal-Politika tal-Migrazzjoni (ICMPD)

Fl-10 ta’ Settembru, l-Ambaxxatriċi ta’ Malta għall-Awstrija kellha laqgħa ta’ kortesija mad-Direttur Ġenerali taċ-Ċentru Internazzjonali għall-Iżvilupp tal-Politika tal-Migrazzjoni (ICMPD), is-Sur Michael Spindelegger.

L-Ambaxxatriċi esprimiet is-sodisfazzjon ta’ Malta li fi ħdanha qed tospita iċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni u Kooperazzjoni għall-Migrazzjoni u irringrazzjat lid-Direttur Ġenerali għar-relazzjoni eċċellenti li l-ICMPD qed tibni ma’ Malta. 

L-Ambaxxatriċi infurmat li l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, laqgħa l-istedina tad-Direttur Ġenerali biex waqt il-Konferenza tal-Migrazzjoni li ser tkun organizzata fi Vjenna f’Novembru li ġej, il-Ministru jkun wieħed mill-kelliema ewlenin.

Id-Direttur Ġenerali għarraf lill-Ambaxxatriċi dwar ix-xogħol li l-ICMPD qed twettaq u irringrazżja lil Malta għall-kontribut siewi li qed tagħti lil din l-organizzazzjoni.

Fi tmiem il-laqgħa kemm l-Ambaxxatriċi kif ukoll d-Direttur Ġenerali saħqu fuq il-ħtieġa li nkomplu nikooperaw flimkien.​ 


IMG_5060.jpg