Merħba mill-website ta' l-Ambaxxata tar-Repubblika ta' Malta għar-Renju ta’ l-Għarabja Sawdita, f'Riyadh.

L-Ambaxxata Maltija taħdem biex javvanzaw ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u r-Renju ta’ l-Għarabja Sawdita, primarjament permezz ta' relazzjonijiet diplomatiċi mal-Gvern Sawdit, u b’kuntatti kummerċjali kif ukoll b’diversi inizjattivi f’setturi oħrajn. Huwa r-rwol tal-Ambaxxata sabiex tippromwovi l-interessi ta’ Malta f’dan il-pajjiż.

Malta u r-Renju ta’ l-Għarabja Sawdita għandhom relazzjoni fit-tul li qed ikompli jikber. Din ir-relazzjoni soda hija bbażata fuq interessi reċiproċi u bilaterali, b'mod iktar wiesa fuq għan komuni biex tiġi żgurata l-paċi u l-istabbiltà fir-reġjuni tagħna lkoll.

Bħala pajjiż fiċ-ċentru tal-Mediterran li jgawdu rabtiet qawwija mal-dinja Għarbija u membru tal-Unjoni Ewropea mill-2004, Malta tinsab f'pożizzjoni unika biex taħdem ma s-sħab tagħna fl-Għarabja Sawdita u l-Golf. Għal dawn l-istess raġunijiet Malta hu post ideali għall-investiment, il-kummerċ u l-edukazzjoni minbarra li huwa destinazzjoni turistika ewlenija.

Nispera li inti ser issib dan is-sit ta’ l-Ambaxxata ta’ Malta f'Riyadh utli u ta’ interess.


Raymond Sarsero