Grupp ta’ studenti universitarji jzuru l-Ambaxxata Maltija f’Moska

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Ott 08, 2019
 

Moska, 4 t’ Ottubru 2019 — Grupp mdaqqas ta’ erbgħajn student universitarju zaru l-Ambaxxata ta’ Malta ġo Moska fejn ġew indirizzati mill-Ambaxxatur ta’ Malta, is-Sur Pierre Clive Agius.

Iz-zagħzagħ Russi huma studenti tal-istitut prestigjuz u importanti għax-Xjenzi Soċjali li jaqa’ taħt il-President tal-Federazzjoni Russa.  L-istudenti jistudjaw fil-Fakolta’ tal-Amministrazzjoni Pubblika.

L-Ambaxxatur Agius spjega il-politika barranija ta’ Malta, partikolarment fuq il-kontribuzzjonijiet ta’ Malta għall-paċi u l-istabbilitaċ reġjonali u mondjali.  Hu tkellem ukoll l-esperjenza ta’ Malta bħala membru tal-Unjoni Ewropea, ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Mlata u r-Russja u fuq l-ekonomija ta’ Malta.  L-istudenti  ingaġġaw ma’ l-Ambaxxatur u staqsew diversi domandi relatati mal-ħajja diplomatika, ir-relazzjonijiet bejn Malta u r-Russja u l-qagħda kurrenti fid-dinja.

L-Ambaxxatur Agius ddiskuta wkoll mal-professur tal-Fakolta’li kien ukoll preżenti, fuq possibilitajiet at’ kooperazzjoni mal-Ambaxxata.  


543acada-d893-402f-bcec-d4b272c3d8d0.JPG 
 
 

0d014b41-d27d-4dc4-b868-b4f7b301bb5e.JPG