The Space of Malta in International Relations: Limitations or Opportunities?

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Nov 29, 2019
 

Moska, 19 ta’ Novembru 2019 — L-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Federazzjoni Russa, Pierre Clive Agius ta lecture  fl-Università Lingwistika Statali ta’ Moska.  Is-suġġett ta’ dan il-lecture kien fuq id-diplomazija Maltija.  It-titolu kien "L-Ispazju ta’ Malta fir-Relazzjonijiet Internazzjonali: Limitazzjonijiet jew Opportunitajiet?"

Fit-taħdita tiegħu, li saret fl-awditorju prinċipali tal-università fiċ-ċentru ta Moska, l-ambaxxatur elenka l-kontribuzzjonijiet li għamlet Malta sa minn meta ħadet l-indipendenza u ssieħbet fil-komunità internazzjonali. Is-saħħa ta’ Malta l-Ambaxxatur qal, mhumiex il-missili jew il-militar izda il-prinċipji li Malta tħaddan fil-politika tagħha.  Huwa spjega wkoll kif il-kunċett ta’ newtralità, li hu minqux fil-Kostituzzjoni, jagħti lil Malta l-awtorità morali u l-libertà tal-ħsieb li ftit huma dawk il-pajjizi fid-dinja li jistgħu jħaddnu. Dawn l-elementi, l-ambaxxatur kompla jispjega, jagħmlu lil Malta attur uniku u onest fid-diplomazija. Dan hu il-valur mizjud ta’ Malta jekk tiġi eletta fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU).

L-istudenti wrew ħafna interess fil-joni tat-taħdita u segwewha b'ħafna mistoqsijiet.

 

MSLU0762.jpg 
 


MSLU0780.jpg 
 


MSLU0839.jpg