L-Istitut Statali ta' Moska għar-Relazzjonijiet Internazzjonali

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Ġun 25, 2019
 

Moska, 13 ta 'Ġunju 2019 — L-Ambaxxatur ta'  Malta fil-Federazzjoni Russa, Pierre Clive Agius, kellu laqgħa mal-Prof.  Antoly V. Torkunov, ir-Rettur tal-Istitut Statali ta’ Moscow għar-Relazzjonijiet Internazzjonali taħt il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin tal-Federazzjoni Russa.  Dan l-Istitut magħruf bħala MGIMO huwa ċentru ewlini mondjali għall-istudji fir-relazzjonijiet internazzjonali.  Il-maġġoranza tad-diplomatiċi Russi huma gradwati tal-MGIMO.

Waqt il-laqgħa t ir-Rettur u l-Ambaxxatur ddiskutew kooperazzjoni potenzjali bejn l-MGIMO u l-Akkademja Mediterranja għall-Istudji Diplomatiċi (MEDAC).  L-oqsma identifikati huma  t-teknoloġija tal-informazzjoni, l-edukazzjoni diġitali u l-ekonomija tal-internet.

Il-Prof Torkunov tkellem wkoll fuq l-interazzjoni b'saħħitha li għandha l-MGIMO mal-Kummissjoni Ewropea partikolarment permezz tal-Istitut Ewropew tat-Taħriġ tal-MGIMO u d-Djalogu Trianon.

L-MGIMO u l-Università ta’ Malta ffirmaw Memorandum of Understandind fl-2018.

Preżenti wkoll għal din il-laqgħa kien Dr. Egor Andreev, il-Kap tal-Uffiċċju Internazzjonali tal-MGIMO.


malta_05.jpg

Ritratt kortesia tal-MGIMO