Promozzjoni Qawwija tal-Industrija tal-EFL ta' Malta f'Moska

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Nov 13, 2019
 

Moska — L-Ambaxxata ta’ Malta f’Moska kienet ferm attiva fil-promozzjoni tal-Industrija tal-Korsijiet tal-Lingwa Ingliża f’Malta.  Din il-promozzjoni nzammet f’diversi fieri ta’ studenti, ġo skejjel u universitajiet madwar fil-kapitali tal-Federazzjoni Russa.

L-ambaxxatur ta’ Malta, Pierre Clive Agius, indirizza aġenti tal-ivvjaġġar, għalliema tal-Ingliż, studenti, u ġenituri u spjega l-opportunitajiet li toffri Malta f’dan il-qasam. L-Ambaxxatur Agius ipparteċipa wkoll f'xandira fuq l-internet li laħqet diversi eluf ta’ għalliema tal-lingwa Ingliża mir-Russja kollha.

F' kooperazzjoni mal-MTA, l-Air Malta u xi-skejjel Maltin tal-EFL, l-ambaxxatur Agius ħa sehem f'ġurija li premjat studenta żagħżugħa Russa kors ta-Ingliż f'Malta.  Kien hemm interess qawwi f’din il-kompetizzjoni u studenti minn madwar ir-Russja kollha ħadu sehem.  Biex jipparteċipaw, l-istudenti riedu jagħmlu prezentazzjoni fuq it-tema ‘Għaliex irrid immur Malta?’  Il-prezentazzjonijiet kienu ta’ livel tant għoli u originali li l-għażla tar-rebbieħ kienet pjuttost diffiċli.​


PHOTO-2019-11-10-18-27-45.jpg


PHOTO-2019-11-10-18-27-46.jpg


View album “Recents”.png