Ir-Russja u Malta: Djalogu tal-Kulturi

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Lul 23, 2019
 

Moska, 17 ta 'Lulju 2019 —  L-istat tar-relazzjonijiet bejn ir-Russja u Malta kien is-suġġett ta' taħdita f’Moscow City. Din it-taħdita ġiet mogħtija mill-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Federazzjoni Russa, is-Sur Pierre Clive Agius. It-taħdita li kienet segwita minn diskussjoni, kienet organizzata mill-Assoċjazzjoni tal-Parlamentari Żgħażagħ tal-Federazzjoni Russa.

It-taħdita bdiet minn perspettiva storika tar-relazzjonijiet politiċi u diplomatiċi bilaterali u l-iżvilupp tagħhom sal-lum. Il-kontributi li għamlet Malta lill-komunità internazzjonali, it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali, il-kooperazzjoni fl-oqsma kulturali, fix-xjenza u l-isfidi ewlenin li qed tiffaċċja l-komunità internazzjonali ġew diskussi wkoll f'dan l-avveniment.

L-udjenza kienet magħmula minn membri parlamentari żagħżagħ fid-Duma, uffiċjali taċ-ċivil federali u studenti tar-relazzjonijiet internazzjonali ħadu sehem attiv.  Huma qajmu diversi kwistjonijiet matul id-diskussjoni inkluzi r-rwol ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, l-sfidi politiċi internazzjonali bħalma huma populiżmu, ir-razziżmu, il-migrazzjoni u l-kontroll ta' l-armi.

L-Ambaxxatur Agius kien akkumpanjat mis-Sur Jean Paul Gatt, id-Deputat Kap tal-Missjoni u l-Konslu ta 'Malta f'Moska.

L-avveniment sar f'Moska City, iċ-ċentru finanzjarju tal-Kapitali Russa.



25c3d4fc-d129-417b-baa1-4e491103d004.JPG 




f7e0dcab-c355-464c-a38d-1a6a305525d9.JPG