Moska, 12 ta
’Novembru 2019 — L-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Federazzjoni Russa, is-Sur Pierre
Clive Agius, kien wieħed mid-diplomatiċi magħżula biex jieħu sehem f’wirja ta’ pitturi
minn diplomatiċi barranin f’Moska. Il-wirja kienet organizzata mill-Akkademja
tal-Arti Russa u saret fil- gallerija tal-arti famuża tal-iskultur famuz
internazzjonali Zurab Tsereteli. Il-wirja ġiet inawgurata mil-viċi Ministru
għall-Affarijiet Barranin tal-Federazzjoni Russa għall-Asja, l-ET. Igor
Morgulov.


