Żjara uffiċjali għall-Belt ta’ Khimki

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Ott 29, 2019
 

Moska — Fuq stedina personali tas-Sur Dimitry Voloshin, il-Kap tal-Amministrazzjoni tal-Belt ta’ Khimki, is-Sur Pierre Clive Agius, L-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Federazzjoni Russa, żar il-Kunsill ta' Khimki, belt fir-Reġjun ta’ Moska u waħda mill-ibliet l-iktar ekonomikament affluenti fil-Federazzjoni Russa.

Matul iż-żjara tiegħu l-Ambaxxatur Agius u l-Kunsill tal-Belt ta’ Khimki esploraw possibiltajiet ta' opportunitajiet għall-koperazzjoni kulturali, ekonomika u turiżmu.

Il-Belt ta’ Khimki tospita wkoll l-Ajruport ta' Sheremetyevo li huwa l-bażi f'Moska għat-titjiriet tal-Air Malta. Dan mhux l-ewwel proġett tal-Ambaxxata ta’ Malta fir-Russja mal-Belt ta’ Khimki. Iktar kmieni din is-sena l-Ambaxxata organizzat tim ta’ tfal minn Khimki biex jirrapreżentaw lil Malta f’tournament tal-futbol li jinvolvi 17-il pajjiż. It-tim ta’ Malta kien ir-runner-up tal-kampjonat meta tilef biss waqt il-ħin barrani matul il-penalties.


DSC04903 (2).JPG 
 


DSC04925.JPG 
 


DSC04941.JPG