Malta promossa fil-Media Russa

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Mej 17, 2019
 

Din ir-Rebbiegħa, Malta kienet promossa f’diversi media prominenti Russa, kemm dik stampata kif ukoll fl-internet.  Din il-promozzjoni kien ir-riżultat tal-isforzi mwettqa mill-Ambaxxata ta’ Malta f'Moska, il-kapitali Russa.

Ir-rivista inflight għal April u Mejju tal-linja tal-ajru nazzjonali Russa, l-Aeroflot ġagħbet intervista twila ma’ l-Ambaxxatur ta' Malta għall-Federazzjoni Russa, Pierre Clive Agius. Is-suġġett prinċipali ta’ din l-intervista, li hi mifruxa fuq zewġ paġni, huwa il-kultura u l-kuntatti storiċi bejn Malta u r-Russja.  

Artiklu ieħor importanti deher fuq il-ġurnal speċjalizzat Herald. Din hi pubblikazzjoni uffiċjali ta 'l-Assoċjazzjoni Finanzjarja u Bankarja għall-Kooperazzjoni Ewro-Asja li għandha l-kwartjieri ġenerali tagħha f'Moska. L-artiklu, ippubblikat kemm bl-Ingliz kif ukoll bir-Russu, huwa intitolat 'Blockchain u s-Settur Bankarju tar-Repubblika ta' Malta '. Din hija l-ewwel darba li Malta kienet tidher f'din il-pubblikazzjoni finanzjarja speċjalizzata.

L-Ambaxxatur Agius kellu wkoll intervista estensiva oħra fuq il-websajt Russa 100Dorog.ru li tfisser 100 Triq.  Din is-sit tal-internet hija dedikata għall-ivjaġġar u għal life styles.  L-intervista tiffoka prinċipalment fuq it-turiżmu u l-kultura. Din hi aċċessibli minn fuq: https://100dorog.ru/guide/articles/7104189/

pr media.jpg

pr media2.jpg 



pr media3.jpg 



pr media4.jpg