Malta tipparteċipa f’ fiera f’ Moska dwar studji undergraduate

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Set 24, 2019
 

Moska, 21 ta’ Settembru- Is-Sur Karl Littlejohn, Deputat Kap tal-Missjoni tal-Ambaxxata ta’ Malta f’ Moska, u s-Sur Karl Matthew Xuereb, Konslu fil-Konsulat Ġeneral f’ Moska, ipparteċipaw f’ fiera f’ Moska dwar l-istudji undergraduate. L-għan ta’ din il-fiera annwali kien li tippromwovi l-opportunitajiet  tal-istudji undergraduate madwar id-dinja. Id-diplomatiċi Maltin taw preżentazzjoni dwar Malta u l-opportunitajiet edukattivi. Huma wkoll spjegaw dwar l-obbligi tal-Viża u l-iffaċilitar tal-Viża għall-istudenti prospettivi Russi.

L-Ambaxxata ta’ Malta armat ukoll stand fejn iż-żewġ diplomatiċi interaġixxew mal-istudenti u wieġbu mistoqsijiet mill-pubbliku  li wera interess dwar l-istudji f’ Malta. L-avveniment sar fil-lukanda Radissoon Slavyanskaya u ra l-parteċipazzjoni ta’ istituzzjonijiet u universitajiet varji minn madwar id-dinja. Il-fiera tal-istudji undergraduate hi opportunità għall-istudenti Russi sabiex jippjanaw il-futur akkademiku internazzjonali tagħhom.


IMG_20190921_133636.jpg