It-Tim ta’ Malta jasal sal-finali kontra l-Ġermanja f’ Moska

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Ġun 04, 2019
 

Khimki, 1 ta’ Ġunju- Għall-ewwel darba, l-Ambaxxata ta’ Malta f’ Moska ipparteċipat  fit-Turnew Internazzjonali taż-żgħażagħ tal-Footbal f’ Moska bit-titlu ta’ ‘World Flags Junior Cup. Dan sar nhar is-Sibt 1 ta’ Ġunju 2019 f’ Jum it-Tfal.

It-tim ta’ Malta kien kompost minn tfal Russi mill-belt ta’ Khimki. It-tfal lagħbu fil-kuluri Maltin u rebħu kontra r-Repubblika Ċeka, l-Arġentina u ċ-Ċili fl-fażi tan-knock out. Malta waslet sal-finali fejn lagħbet kontra l-Ġermanja u li tilfet bl-għotja tal-penalties.

L-Ambaxxata ta’ Malta kienet rappreżentata mis-Sur Jean Paul Gatt, id-Deputat Kap fl-Ambaxxata u s-Sur Karl Littlejohn, First Secretary fl-Ambaxxata ta’ Malta f’ Moska. It-Turnew Internazzjonali taż-Żgħażagħ tal-Football kien  organizzat mill-Ambaxxata tal-Ġermanja f’ Moska, flimkien mal-amministrazzjoni tal-belt ta’ Khimki u ambaxxati oħra.

L-Ambaxxata ta’ Malta f’ Moska ipparteċipat attivament f’ din l-inizjattiva tad-diplomazija pubblika, li hu eżerċiżżju biex nilħqu iktar lill-pajjiż ospitant.

Filmat fuq Youtube.com: https://youtu.be/FOGrFV27r6E​


IMG-20190601-WA0005.jpg