Jum Malta f’ Moska

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Ott 01, 2019
 

Moska, 25 ta’ Settembru- L-Ambaxxata ta’ Malta f’ Moska organizzat attività biex tiċċelebra Jum Malta. L-attività saret fil-25 ta’ Settembru 2019.

L-avveniment kien suċċess kbir u ġibed il-parteċipazzjoni ta’ għadd ta’ uffiċjali għolja Russi minn ministeri varji, il-komunità Maltija fir-Russja, ambaxxaturi, nies fin-negozju u mistiedna oħra miċ-ċrieki kulturali, akkademiċi u diplomatiċi.

L-avveniment beda l-inni nazzjonali ta’ Malta, ir-Russja u l-Unjoni Ewropea. Dawn kienu segwiti b’ filmat qasir dwar l-attivitajiet li seħħew f’ Moska matul l-aħħar sena mill-ambaxxata Maltija u messaġġ mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Onor. Carmelo Abela.

Il-mistiedna mbagħad kienu mistiedna għal reception biex jiċċelebraw lil Malta.

L-Ambaxxatur Pierre Clive Agius indirizza fil-qosor lill-mistiedna li kienu milqugħa mis-Sur Karl Littlejohn, Deputat Kap tal-Missjoni fl-Ambaxxata ta’ Malta, u s-Sur Karl Matthew Xuereb, Konslu fil-Konsulat Ġenerali ta’ Malta f’ Moska.

Il-filmat tal-attivitajiet li ġew organizzati mill-Ambaxxata ta’ Malta f’ Moska jista’ jinstab hawn: https://youtu.be/GmJg74_jaxQ​


PHOTO-2019-09-27-08-47-11.jpg


PHOTO-2019-09-27-08-48-21.jpg


IMG_0076.JPG