L’Italiano sul Palcoscenico ġo Moska

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Nov 06, 2019
 

Moska — L-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Federazzjoni Russa, is-sur Pierre Clive Agius, kien il-mistieden speċjali fl-Università Lingwistika Statali ta’ Moska waqt il-ftuħ ta’ La Settimana Italiana (il-Ġimgħa Italjana) li nżammet madwar id-dinja il-ġimgħa li għaddiet.  Din is-sena t-tema kienet il-lingwa Taljana u t-Teatru.

L-Ambaxxatur Agius spjega li l-Maltin huma ġenetikament poliglotti għaliex barra l-Malti, kapaċi jikkomunikaw bl-Ingliż u bit-Taljan. Dan, spjega l-Ambaxxatur, huwa s-sigriet wara s-suċċess tal-Industrija tat-Tagħlim tal-Lingwa Ingliża f’Malta.  Din l-industrija, l-ambaxxatur kompla jgħid  għandha reputazzjoni eċċellenti fir-Russja.

L-Italja u Malta jgawdu minn relazzjonijiet solidi li jmorru lil hinn minn dawk-politiċi.  Ir-relazzjoni bejn Malta u l-Italja hija speċjali għax hija relazzjoni ta’ popli u ta’ interessi komuni, spjega l-Ambaxxatur Agius.

L-Ambaxxata taMalta fir-Russja tipparteċipa regolarment f’avvenimenti lingwistiċi inkluża La Semaine de la Francophonie meta l-Ambaxxatur Agius ipparteċipa fil-qari pubbliku. L-Ambaxxata tuża dawn l-avvenimenti biex tippromwovi lil Malta bħala ċentru tatagħlim ta’ eċċellenza.​


MNPK Italiano sul palcoscenico 24 Oct 2019_MSLU6792.jpg


MNPK Italiano sul palcoscenico 24 Oct 2019_MSLU6836.jpg