Preżentazzjoni ta’ Malta fir-Russja

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Ott 15, 2019
 

Moska -  L-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Federazzjoni Russa, Pierre Clive Agius indirizza l-membri tal-Club prestiġjuż tal-RRCC. L-avveniment seħħ fl-aħħar ta’ Settembru fil-Agalarov Golf u Country Club, ftit il-barra mill-kapitali Russa. Din kienet l-ewwel darba li Ambaxxatur Malti kien mistieden biex jagħti preżentazzjoni dwar l-ekonomija Maltija f’ dan il-Club elite għan-nies tan-negozju.

L-RRCC Business Club huwa sieħeb tal-Akkademja Diplomatika tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tar-Russja u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Federazzjoni Russa Sergey Larov, li huwa l-president onorarju.

Matul dan l-avveniment li kien jismu ‘Russja-Malta, Possibilitajiet u Prospetti’, l-Ambaxxatur Agius spjega l-istruttura tal-ekonomija Maltija u l-opportunitajiet għal potenzjal investituri Russi. L-ambaxxatur Malti ta attenzjoni speċjali lix-xjenzi tal-ħajja, l-avjazzjoni u l-industrija tal-farmaċewtika, kif ukoll it-turiżmu, is-saħħa u s-servizzi edukattivi.

In-nies tan-negozju elite li kienu preżenti għal dan l-avveniment urew interess qawwi u staqsew mistoqsijiet dwar Malta.​


325A2119.jpg


325A2496.jpg