Kommemorazzjoni tat-tmiem tal-gwerra bierda f'Moskova

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Diċ 16, 2019
 

Moska, 12 ta ’Diċembru 2019  —  L-Onor. Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ ta’ Malta, l-Onor Carmelo Abela, bagħat messaġġ waqt round table li nzammet f’Moska fil-kwartieri Ġenerali tal-Fondazzjoni Gorbachev.  Il-messaġġ li nqara mil-E.T. Pierre Clive Agius, l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Federazzjoni Russa, ingħata fil-preżenza tar-rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Paċi u l-aħħar President u Segretarju Ġenerali tal-Unjoni Sovjetika Mikhail Gorbachev.   

Fil-messaġġ tiegħu, il-Ministru Abela fakkar kif il-laqgħa tal-1989 bejn i l-USA u l-USSR f’Malta wasslet għat-tmiem tal-Gwerra Bierda li kienet simbolikament ġiet midfuna fit-tempesta marittima kbira li ħakmet Malta. Il-Ministru Abela eloġia liż-żewġ Presidenti tal-USSR Gorbaċev u l-mibki President tal-Istati Uniti George Bush li huwa ddeskriva bħala ġganti politiċi u rġiel ta’ rieda tajba.

Il-Ministru Abela żied jgħid li l-komunità internazzjonali bħalissa qed tiffaċċja sfidi importanti li jvarjaw mill-populiżmu sal-intolleranza u mill-qerda tal-faqar għat-Tibdil fil-Klima.

Il-Ministru Abela temm il-messaġġ tiegħu billi ddikjara r-responsabbiltà tal-ġenerazzjoni ta ’ politiċi attwali biex jiżguraw li l-Gwerra Bierda tibqa’ rilevanti biss fil-kotba tal-istorja.


Gorbachev.jpg 



IMG_6965 (1).JPG