Merħba fis-sit tal-Ambaxxata ta’ Malta għall-Federazzjoni Russa, l-art ta’ tradizzjonijiet u kultura kbar... ta’ Pushkin, Dostoyevsky, ta’ Tchaykovsky, ta’ Chostakovitch, ta’ Repin u artisti mondjali oħrajn, ta’ wirt storiku importanti u kisbiet akkademi u skoperti xentifiċi.

 

Ir-relazzjonijiet ta’ Malta mar-Russja jmorru lura sekli, saħansitra saż-żminijiet ta’ Tsar Pietru l-Kbir meta kien bagħat wieħed mill-ambaxxaturi tiegħu f’ Malta. L-Ambaxxata ta’ Malta fetħet f’ Moska fl-1982 fi żmien l-Unjoni Sovjetika.

 

Dan il-portal iwassal informazzjoni importanti, li jinkludi wkoll għarfien dwar ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u r-Russja, servizzi konsulari u ta’ assistenza, u kuntatti ta’ emerġenza.​



Pierre Clive Agius