Għandi l-pjaċir nilqgħek fis-sit elettroniku tal-Ambaxxata ta' Malta fil-Kajr. Malta minn dejjem gawdiet relazzjonijiet ta' ħbiberija mad-dinja Għarbija, b'mod partikulari mal-Eġittu. Fil-passat, ħafna Maltin marru jgħixu fl-Eġittu, prinċiplament f’Lixandra, minħabba li ż-żewġ pajjiżi huma ġirien, u anki fid-dawl tas-similarità li teżisti bejn l-ilsien Malti u dak Għarbi.

F'dan is-sit elettroniku, inti għandek issib tagħrif siewi dwar is-servizzi li toffri l-Ambaxxata, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ visas, ċittadinanza, legalizzazzjoni eċċ. Aħna lesti ngħinu kemm liċ-ċittadini Maltin u kemm dawk Eġizzjani u għalhekk tiddejjaq xejn tagħmel kuntatt magħna. Jiena ċert li inti ser issib is-sit elettroniku tagħna utli ħafna.


Charles Sultana