Ċelebrazzjonijiet ta’ Jum l-Indipendenza fil-Belġju

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Ott 01, 2019
 

Fl-okkażżjoni tal-55 Anniversarju ta’ Malta Indipendenti, l-Ambaxxata ta’ Malta fi Brussell organiżżat riċeviment fl-20 ta’ Settembru 2019 f’Château d’Ophem f’Wezembeek-Oppem, il-Belġju.  Il-post huwa r-residenza privata tal-Baruni Ernest de Laminne de Bex, Konslu Onorarju ta’ Malta fil-Provinċji Belġjani ta’ Liège, Namur u Luxembourg.

Wara introduzzjoni qasira, l-Ambaxxata wriet il-messaġġ irrekordjat tal-Onor. Carmelo Abela, Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, li nieda l-messaġġ propju għall-Jum Nazzjonali ta’ Malta.  L-Ambaxxatur Ray Azzopardi laqgħa u indirizza il-mistiedna distinti permezz tad-diskors tiegħu fejn semma’ l-kisbiet ta’ Malta sa minn l-Indipendenza ‘l hawn.  L-istess għamel ir-Rappreżentant Permanenti Daniel Azzopardi permezz tad-diskors tiegħu ffukat fuq l-importanza u r-rilevanza tal-proġett Ewropew fil-kuntest globali kurrenti.  Fi tmien id-diskorsi l-Ambaxxatur Ray Azzopardi u r- Rappreżentant Permanenti Daniel Azzopardi ippreżentaw rigal lil Baruni u s-Sinjura de Laminne bħala ġest t’apprezzament.

L-attendenza kienet waħda tajba fejn attendew Ambaxxaturi minn iktar minn 60 pajjiz tal-UE u mhux, uffiċċjali diplomatiċi oħra, Rappreżentanti Permanenti, Konsli Onorarji ta’ Malta fil-Belġju, membri tal-komunità Maltija fil-Belġju u l-Lussemburgu, rappreżentanti Belġjani minn oqsma differenti u ħbieb ta’ Malta fil-Belġju.


natday1.jpg 

L-E.T. l-Ambaxxatur Ray Azzopardi jindirizza lill-udjenza / H.E. Ambassador Ray Azzopardi addressing the audience



natday2.jpg 

Mil-lemin għax-xellug: is-Sinjura Barbara Dietrich, Kap Eżekuttiv ta’ Diplomatic World, il-Konslu Onorarju ta’ Malta l-Baruni Ernest de Laminne de Bex, l-E.T. l-Ambaxxatur Ray Azzopardi, l-E.T. ir-Rappreżentant Permanenti Daniel Azzopardi u s-Sinjura Tania Carabott, Deputat fl-Ambaxxata ta’ Malta / From right to left: Ms. Barbara Dietrich, CEO of Diplomatic World, Honorary Consul of Malta Baron Ernest de Laminne de Bex, H.E. Ambassador Ray Azzopardi, H.E. Permanent Representative Daniel Azzopardi and Ms Tania Carabott, Deputy at the Embassy of Malta

 


natday3.jpg 
 
Flimkien mas-Sindku ta’ Wezembeek-Oppem Frederic Petit u s-Sinjura tiegħu / With the Bourgmestre of Wezembeek-Oppem Mr and Mrs Frederic Petit



natday4.jpg 

Flimkien mal-E.T. Elena Basile, Ambaxxatur tal-Italja / With H.E. Elena Basile, Ambassador of Italy