L-Ambaxxatur Ray Azzopardi jiltaqgħa mas-Segretarju Ġenerali tal-European Democrat Students is-sur Beppe Galea

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Ott 22, 2019
 

Fil-ġranet li għaddew l-Ambaxxatur Malti fil-Belġju Ray Azzopardi laqgħa fl-Ambaxxata Maltija f’Dar Malta fi Brussel, lis-Segretarju Ġenerali tal-European Democrats Students, is-sur Beppe Galea.

Waqt il-laqgħa l-Ambaxxatur Azzopardi feraħ lis-sur Beppe Galea għal din il-kariga u staqsieh dwar ix-xogħol li qed twettaq l-EDS għall-benefiċċju tal-istudenti Ewropej.

Minn naħa tiegħu is-sur Galea spjega li din hi l-ewwel darba li żgħażugħ Għawdxi jew Malti ġie fdat pożizzjoni daqshekk importanti. Elenka wkoll il-ħidma li ssir mil-EDS u ppreżenta lil Ambaxxatur Azzopardi kopja tar-rapport annwali tal-EDS għas-snin 2017-2018 u 2018-2019.

L-Ambaxxatur Ray Azzopardi rringrazzja lis-Sur Beppe Galea u inkorraġġiħ biex ikompli jaħdem għall-ġid taż-żgħażagħ u jżomm kuntatt fil-qrib mal-Ambaxxata Maltija f’Brussel. ​ 


tryf23.jpg