Attivita’ fil-Lussemburgu sabiex jitfakker il-55 Anniversarju ta’ Jum l-Indipendenza

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Ott 22, 2019
 

L-Ambaxxatur ta’ Malta għal-Belġju, Lussemburgu u NATO l-Eċċellenza Tiegħu Ray Azzopardi attenda għall-attivita’ li saret mill-Membru Malti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri l-Onorevoli s-sur Leo Brincat, sabiex jitfakkar il-55 Anniversarju tal-Indipendenza ta’ Malta.

Għar-riċeviment li sar nhar il-Ħamis 10 t’Ottubru 2019 fil-bini tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fil-Lussemburgu, attendew bosta mistiedna distinti fosthom, il-President tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri l-Onor Klaus-Heiner Lehne, l-imħallfin Maltin tal-Qorti Ewropea tal-Gustizzja l-Onor Profs Peter Xuereb, l-Onor Dr Eugene Buttigieg, l-Onor Dr Ramona Frendo.

Attendew ukoll il-Konslu Onorarju ta’ Malta fil-Lussemburgu Dr Michel Molitor, bosta membri tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u Maltin li jaħdmu bħala Tradutturi u Interpreti mal-istituzzjonijiet Ewropej fil-Lussemburgu.

Wara id-diskors tal-okkażżjoni, l-Onor Leo Brincat stieden lil dawk preżenti għar-riċeviment.          


Is sur-Leo brincat mas s-injura Brincat jilqgħu lill-President tal-Qorti ewropea tal-Awdituri Klaus-Heiner Lehne.JPG 



L-Ambaxxatur Ray Azzopardi waqt id-diskorsmill-Onor Leo Brincat.jpg



l-Onor Leo Brincat mas-sinjura Brincat u l-Kabinet tas-sur Brincat.jpg 
 


uħud minn dawk li attendew għall-attivita' fil-Qorti tal-Awdituri sabiex jitfakkar il-55 Anniversarju tal-Indipendenza.jpg