Merħba fis-sit uffiċjali tal-Ambaxxata Maltija f’Berlin.
 
Minkejja d-differenza fid-daqs u d-distanza ġeografika bejn iż-żewġ pajjiżi, ir-relazzjoniet bejn Malta u l-Ġermanja, ibbażati fuq għexieren ta’ snin ta’ ħbiberija, huma b'saħħithom u jkopru medda kbira ta’ attivitajiet. Il-Ġermanja hija waħda mis-sieħba prinċipali ta’ Malta f’diversi setturi essenzjali, speċjalment fl-oqsma tal-industrija tal-manufattura, il-kummerċ, it-turiżmu, diversi industriji li jipprovdu servizzi, l-edukazzjoni u l-kultura. L-iskop tagħna fl-ambaxxata huwa li nespandu l-kuntatti eżistenti u nkabbru l-kooperazzjoni filwaqt li nsaħħu l-ħbiberija bejn iż-żewg pajjiżi. Nistieden lil kull min għandu xi idejat jew suġġerimenti kif nistgħu nilħqu dan il-għan biex jikkuntattjani.


Dr Albert Friggieri


Second photo by Deutsche Zentrale fuer To​urismus e.V. (owner of the picture)
and Jürgen Pollak