Wine tasting Event for Corporate Conferences, Weddings and Incentives Destination

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Ott 25, 2019
 

Fit-18 ta’ Ottubru 2019 ġie mniedi avveniment fil-Kummissjoni Għolja ta’ Malta ġewwa Delhi biex jintwera’ dak li għandhom x’joffru il-Gzejjer Maltin bħala destinazzjoni ideali għal konferenzi u tiġijiet mill-Indja. Għal din is-serata attendew organizzaturi ta’ tiġijiet u konferenzi kif ukoll operaturi fil-qasam tal-ivjaggar ġewwa l-Indja, li inagħtaw l-opportunità iduqu u japprezzaw inbejjed Maltin. Hu u jilqa’ l-mistednin, Il-Kummissarju Għoli Stephen Borg tkellem dwar il-wirt naturali, storiku u kulturali u dak kollu li jagħmel lil Malta il-post ideali għal żjarat, tiġijet u anke films minn Bollywood. Huwa tkellem ukoll dwar il-bosta opportunitajiet li toffri Malta bhala l-aktar ekonomija dinamika fl-Europa. Dan l-avveniment ittella’ flimkien ma’ Blue Marble Destination Services u bl-għajnuna tal-Awtorita’ tat-Turizmu.​