Iffirmar ta’ Memorandum ta’ Ftehim bejn Malta u s-Seychelles

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Mej 29, 2019
 

Nhar ir-Tlieta 21 ta’ Mejju 2019, il-Kummissarju Għoli ta’ Malta fir-Renju Unit, Joseph Cole u l-Kummissarju Gholi tas-Seychelles iffirmar Memorandum ta’ Ftehim għat-twaqqif ta’ konsultazzjonijiet bilaterali politiċi bejn Malta u s-Seychelles. L-iffrmar ta’ dan il-Memorandum ta’ Ftehim seħħ fil-Kimmissjoni Għolja ta’ Malta f’Londra.

L-għan ta’ dan il-Memorandum ta’ Ftehim huwa li jitwaqqaf mekkaniżmu għal konsultazzjonijiet bilaterali regolari f’livell diplomatiku maħsuba biex irawmu djalogu bilaterali. Il-konsultazzjoniet ser ikopru bosta aspetti fl-oqsma politiċi, ekonomiċi, teknoloġiċi u konsolari, kif ukoll f’setturi oħra ta’ interess komuni.

Il-Memorandum ta’ Ftehim huwa pass ieħor il-quddiem biex intejbu l-kooperazzjoni bilaterali bejn Malta u s-Seychelles.


IMG-20190521-WA0002.jpg


20190521_154047.jpg


20190521_101045.jpg