Malta
pparteċipat
fil-15-il edizzjoni tal-Film Festival tal-Unjoni Ewropea, fil-Belt ta’ Toronto,
il-Kanada, bil-film Malti, ‘Hemm Dar il-Qala’ li intwera fit-Teatru Rjali fi
Triq il-Kulleġġ, f’Toronto, għall-ewwel darba fid-19 ta’ November.
‘Hemm
Dar il-Qala’ huwa l-ewwel film tal-biża’ li qatt ħa sehem f’dan il-Film
Festival prestiġjuż. Dan il-film hu l-produzzjoni, l-krejazzjoni u
d-direzzjoni tal-Malti renomat, Mark Doneo. L-isponser ewlieni ta’ dan il-film
kien il-Konsulat Ġenerali ta’ Malta fil-Kanada, waqt li l-isponsor l-ieħor kien
il-Canadian Film Festival – Blood on the
Snow.
Qabel
il-film, il-Konslu Ġenerali ta’ Malta fil-Kanada, Dr Raymond Xerri kellem
lill-udjenza dwar il-faċilitajiet eċċellenti li jeżistu f’Malta sabiex ikunu
jistgħu jinħadmu l-films. Dr Xerri
introduċa l-film, ‘Hemm Dar il-Qala’ lill-udjenza li mliet it-Teatru Rjali.
Wara li ntwera l-film, ingħataw kummenti pożittivi ħafna dwaru, li jistgħu jinqraw minn fuq il-Webpejġ tal-Facebook: ‘Consulate
General of the Republic of Malta to Canada’ u wara tiġi magħfusa l-buttuna LIKE
u FOLLOW.