Il-Konsulat ta' Malta f'Alġiers jipparteċipa f'attivita' ta' tindif tal-bajjiet

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Set 24, 2019
 

Il-21 ta’ Settembru 2019, il-Konsulat ta’ Malta f’Alġers issieħeb flimkien ma’ missjonijiet Diplomatiċi u Konsulari ta’ Stati Membri tal-Unjoni Ewropea u ta’ pajjiżi oħra f’Alġiers f’attività ta’ tindif tal-bajjiet. Preżenti għal din l-attivita’ li saret ġewwa l-bajja ta’ Kheloufi n ° 1, li tinsab ‘l-barra mill-belt ta’ Zeralda, kien hemm il-Ministru għall-Ambjent Alġerin.

Din l-attivita’ annwali hija organiżżata mid-Delegazzjoni tal-UE u tiġbor flimkien l-istati membri tal-UE u l-partijiet interessati lokali fil-promozzjoni ta' għarfien akbar tal-impatt tal-plastik fuq l-ambjent u l-istrateġiji meħuda mill-awtoritajiet Alġerini fit-tnaqqis u r-riċiklaġġ tal-iskart pubbliku. Il-Konslu s-Sur Ivan Vassallo flimkien ma’ membri tal-istaff tal-Konsulat ipparteċipaw f’din l-attivita’ li kienet tinkludi wkoll żjara fir-razzett Pedagoġiku ta’ Alġiers.​


001.jpg


004.jpg


005.jpg