Ċerimonja ta’ Tifkira fiċ-ċimiterju nisrani u lhudi ġewwa Bologhine, l-Alġerija

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Nov 04, 2019
 

Nhar it-2 ta’ Novembru, il-Konslu ta’ Malta fl-Alġerija s-Sur Ivan Vassallo u l-Konsulent estern ta’ TradeMalta s-Sur Mahfoud Dhorban ipparteċipaw f’ċerimonja inter-reliġjuża mmexxija mir-rettur tal-Bażilika ta’ Notre Dame d’Afrique sabiex tfakkar il-mejtin midfuna fiċ-ċimiterju Nisrani ta’ Saint Eugène ġewwa d-distrett ta’ Bologhine f’Alġiers li parti minnu huwa ċimiterju tal-fidi Lhudija. F’din l-okkażjoni l-Konslu kellhu l-opportunita’ iżur il-oqbra ta’ membri tad-djaspora Maltija ta’ tmiem is-seklu 19 u bidu tas-seklu 20 f’Alġiers.

Fost il-persuni preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm ukoll ulied il-Maltin midfuna fl-istess ċimiterju u li illum jgħixu fi Franza. Minn żmien għal żmien dawn iżuru dan iċ-ċimiterju u kellhom l-okkażjoni li jitkellmu mal-Konslu fuq r-rabtiet tagħhom ma’ Malta u l-Alġerija.


cem1.jpg


cem2.jpg


cem3.jpg


cem4.jpg