Merħba fil-paġna tal-web tal-Konsulat Ġenerali tar-Repubblika ta' Malta fil-Commonwealth tal-Kanada.  Din il-paġna tal-web teżisti speċifikament biex tinforma u tkun ta' servizz lill-eluf ta' ċittadini Maltin u lill-Maltin-Kanadiżi.


Matul is-seklu li għadda, ħafna Maltin emigraw lejn il-Kanada u llum il-Kanada hija l-pajjiż adottat tagħhom u l-pajjiż tat-twelid tal-ġenerazzjonijiet Maltin sussegwenti.  Malta u l-Kanada huma żewġ pajjiżi li jgawdu minn relazzjonijiet bilaterali eċċellenti, primarjament għaliex fil-Kanada, il-Ġżejjer Maltin għandhom it-tieni l-akbar diaspora fid-dinja.


Il-paġna tal-web tal-Konsulat Ġenerali tar-Repubblika ta' Malta, tipprovdi informazzjoni dwar is-servizzi konsulari offruti lilek, lill-Maltin, lill-familji u lill-ħbieb tagħhom, fil-Kanada, biex jiġi ffaċilitat ix-xewqat tiegħek fir-relazzjonijiet mall-Gżejjer Maltin.

Kemm jekk tixtieq iżżur, tgħix, tiżżewweġ, tistudja, taħdem, tirtira, tfittex l-istorja tal-familja tiegħek, tixtri proprjetà, tinvesti jew tibda negozju f'Malta, il-Konsulat Ġenerali jinsab hawn biex jgħinek!



Dott Raymond Xerri