Wirja fotografika “The Texture of Memory” f’Beijing

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Mej 16, 2017
 

“Il-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ipprovdiet opportunitajiet diversi biex tippromwovi il-profil ta’ Malta fiċ-Ċina”, qal John Aquilina, l-Ambaxxatur ta’ Malta għaċ-Ċina.

“Waqt il-laqgħa tal-Kapijiet tal-Missjonijiet tal-UE (HoMs) fiċ-Ċina, jiena tkellimt dwar il-prijoritajiet ta’ Malta għall-Presidenza. Dan iġġenera diskussjoni ta’ siegħa u li għall-prijoritajiet kien hemm approvazzjoni unanima mir-rappreżentanti tal-pajjiżi membri” qal is-Sur Aquilina.

Fit-23 ta’ Marzu, aktar minn 100 mistieden, fosthom l-ambaxxaturi ta’ ħafna mill-istati membri, deputati, konsli, uffiċjali għolja tal-Gvern Ċiniż, rappreżentanti tan-negozju u wkoll ġurnalisti attendew għal riċeviment gala biex tkun iċċelebrata l-Presidenza ta’ Malta.

”Il-qofol, madankollu kienet il-wirja fotografika eċċellenti “The Texture of Memory” li ttellgħet minn wieħed mill-aqwa fotografi Maltin, is-Sur Joseph P. Smith”, qal is-Sur Aquilina.

Il-ftuħ uffiċjali sar nhar it-Tnejn 8 ta’ Mejju 2017 u kien ftuħ memorabbli bis-sala fejn saret l-esebizzjoni mimlija daqs bajda.

L-esebizzjoni, li waslet Beijing minn Brussell, minkejja li m’hix waħda estensiva, imma tagħti ħarsa tajba lejn il-kapaċità ta’ Joseph P. Smith bħala wieħed mill-aqwa fotografi fl-Ewropa.

Smith huwa magħruf sew għax xogħol tieħu, u huwa affiljat ma’ diversi għaqdiet fotografiċi internazzjoni. Esebizzjonijiet tiegħu ttellgħu, apparti f’Malta, fir-Renju Unit, Franza, l-Belġju, il-Litwanja, r-Russja u l-Kanada. Huwa woll onorat b’diversi awards internazzjonali.

Storikament, kulturalment u wkoll ambjentalment, ix-xogħol ta’ Smith fl-esebizzjoni tolqot diversi aspetti, bir-ritratti tiegħu ta’ ċittadini anzjani Maltin Ġirbin jidentifikaw sew ma’ residenti anzjani f’Beijing.

Sew jingħad li ritratt jitkellem waħdu! Kien osservat li l-fotografija ta’ Smith għelbet l-ostaklu tal-lingwa, kultura u distanza u b’hekk irnexxielha tolqot lir-resident f’Beijing, kemm żgħir u wkoll anzjan, u ffurmat ħolqa ta’ ħbiberija bejn iċ-ċittadini Maltin u dawk Ċiniżi.

L-esebizzjoni ta’ Smith kienet imfaħħra sew, b’akta rminn elf persuna jżurha fl-ewwel ftit jiem tagħha biss.

Il-worja fotografika “The Texture of Memory” tibqa’ miftuħa sal-aħħar ta’ Mejju.​


BXL-02-17.jpg 



BXL-02-18.jpg



BXL-02-19.jpg 
 


BXL-02-20.jpg 
 

 
EU PRESIDENCY NR Photo 1.jpg 

Il-Fotografu Joseph P. Smith bl-ewwel volum tal-ktieb tiegħu li fih hemm residenti anjzjani tal-Brgu. Dawn kienu s-suġġett tar-ritratti esebiti



EU PRESIDENCY NR Photo 2.jpg 

Diskors tal-ambaxxatur John J. Aquilina biex jiddikjara l-Esebizzjoni Fotografika miftuħa

 

EU PRESIDENCY NR Photo 3.jpg 

L-ambaxxatur Aquilina jifrah lil Smith fil-preżenza ta’ Madam Tian Yan, President tal-Assocjazzjoni tal-Poplu ta’ Beijing għall-Ħbiberija ma’ Pajjiżi Barranin u s-Sur Xu Li, Deputat Sindku tad-distrett ta’ Xicheng ta’ Beijing


EU PRESIDENCY NR Photo 4.jpg 
 

Is-Sur Joseph P. Smith u l-ambaxxatur Aquilina ma’ eks-ambaxxaturi taċ-Ċina għal Pajjiżi tal-Unjoni Ewropea